Ftit tal-ħin ilu telqet il-provvista tad-dawl f’diversi lokalitajiet madwar pajjiżna.
Mhux magħruf x’wassal għal dan il-qtugħ, madanakollu fl-aħħar jiem diversi persuni esperjenzaw qtugħ fil-provvista tad-dawl għal diversi sigħat. Uħud saħansitra esperjenzaw dan matul il-lejl kollu b’riżultat li ma setgħux isaħħnu djarhom matul dawn il-ġranet kesħin hekk kif pajjiżna qed jintlaqat mill-maltempata Helios.
