Internazzjonali

L-Iran: Tħassib dwar il-missili ballistiċi ta’ Tehran

Franza qed tħeġġeġ biex l-Istati Uniti u l-pajjiżi l-oħra jingħaqdu ‘f’reazzjoni internazzjonali’ għat-theddida mill-programm tal-Iran għall-iżvilupp tal-missili ballistiċi.

Il-Ministru Franċiż għall-Affarijiet Barranin, Catherine Colonna, waqt telefonata mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Asntony Blinken, esprimiet dan it-tħassib waqt li huma anki diskutew is-sitwazzjoni allarmanti fl-Ukrajna.

Colonna u Blinken qablu li l-Iran għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-International Atomic Energy Agency meta r-reġim f’Tehran mhux jirrispetta l-obbligi tiegħu fil-qasam nukleari.

It-telefonata anki trattat ‘l-attivitajiet tal-Iran intiżi biex itellfu l-istabbilità tal-Istati ġirien’ flimkien mal-aħjar mezzi kif il-komunità internazzjonali tikkonfronta ż-żieda fin-numri tal-missili ballistiċi tal-Iranjani.