Rapport: Stewart Said
NEPTUNES VIDEOSLOTS……. 18
EXILES WELBEE’S……………….. 5
(5-0), (3-2), (3-2), (7-1)
Bidu konvinċenti għal Neptunes Videoslots f’logħba li kkontrollaw għal ħafna ħin. Huma bdew l-ewwel sessjoni b’ħames gowls mingħajr risposta, b’Exiles ma jiħdux vantaġġ minn tliet okkażjonijiet ta’ man-ups.
Exiles pruvaw iżommu d-distakk qrib kemm jista’ jkun għal possibbiltà ta’ rimonta iżda waslu biss sa 9-4 b’żewġ minuti għal tmiem it-tielet sessjoni. Gowls ta’ Gabriel Pace u Mark Castillo sa tmiem is-sessjoni temmew kull tama ta’ Exiles, b’Neptunes jixxalaw fl-aħħar sessjoni u Alec Fenech iniżżel ismu fost l-iskorers fi tliet okkażjonijiet oħra.
Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja (1), S. Gialanze (2), G. Pace (3), L. Mallia, M. Zammit (1), M. Castillo (1), J. Camilleri (4), E. Mallia, J. Bajada, A. Fenech (6), A. Fava, M. Farrugia
Exiles: M. Castillo (1), Z. Cutajar Licari, L. Pursehouse, L. Gialanze (1), M. Martellacci, S. Xerri de Caro, M. Paris Roding, K. Griscti (1), N. Paris, D. Fenech (1), M. Aquilina (1), N. Saliba, F. Buhagiar, A. Farrugia, N. Burlin
Referees: Alex de Raffaele, Stefan Licari
BARRACUDAS……………………….. 3
SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 20
(1-7), (1-6), (1-3), (0-4)
Ebda diffikultà għal San Ġiljan JP Projects anki jekk mingħajr il-plejers regolari tagħhom. It-tim miżgħud żgħażagħ tal-klabb xorta ħareġ rebbieħ f’logħba ta’ faċċata waħda.
Permezz ta’ tliet doppjetti minn Shailon Cutajar, Darren Zammit u Russell Caruana flimkien ma’ gowl ta’ Gabriel Bonavia, fetħu vantaġġ komdu ta’ 7-1. L-istess andament kompla fit-tieni sessjoni sakemm fit-tieni parti tal-logħba, San Ġiljan naqqsu ftit ir-ritmu tal-logħba għalkemm xorta baqgħu fi kmand assolut.
Barracudas: C. Bugeja, J. Erdogan, A. Magri, P. Micallef, D. Ciantar (1), R. Sciortino, A. Grima Scott, C. Attard, A. Falzon, S. Apap (2), N. Majstorovic, T.J. Mifsud, M. Borg
San Ġiljan: G. Borg, A. Formosa (1), S. Cutajar (3), G. Bonavia (4), R. Caruana (4), K. Cutajar (3), C. Mangion, J. Bonavia (2), N. Zammit, D. Zammit (2), N. Bonavia (1), L. Portelli
Referees: Massimo Angileri, Neville Mercieca
TA’ XBIEX AMIGOS…….. 2
VALLETTA IZIBET……… 11
(1-2), (0-5), (0-0), (1-4)
Valletta Izibet bdew il-Kampjonat tax-Xitwa fuq nota pożittiva f’dik li dawru bħala rebħa faċli. Protagonist għat-tim ta’ Joe Cremona kien iż-żagħżugħ Kieyan Borg fid-debutt mat-tim Belti b’self mingħand Sliema. In-numru sitta ta’ Valletta skorja l-ewwel żewġ gowls għat-tim tiegħu u temm il-logħba bħala l-aqwa skorer b’ħames gowls.
Ir-rebħa ta’ Valletta qatt ma kienet f’periklu b’ħames gowls mingħajr risposta fit-tieni sessjoni li kabbru d-distakk għal 7-1. Wara li fit-tielet sessjoni ħadd ma sab ix-xibka, b’Valletta jfallu erba’ sitwazzjonijiet ta’ superjorità numerika, fl-aħħar sessjoni kellhom iċ-ċans ikabbru d-distakk hekk kif Ta’ Xbiex naqqsu li jżommu l-livell mal-avversarji.
Ta’ Xbiex: G. Galea Curmi, M. Bonnici, M. Manara, L. Grech Carr, L. Falzon, L. Montebello Brownrigg, J. Saliba, J. Farrugia, L. Felice, J. Culic, Z. Bartolo, M. Curmi, M. Sladden, R. Mock (2), I. Schembri
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines, Z. Micallef, J. Cassar (2), S. Busuttil, K. Borg (5), D. Paolella (2), J. Chircop (1), S. Micallef (1), A. Agius, M. Demarco, K. Cremona, A. Theuma
Referees: Richard Magri, Ronnie Spiteri
Logħob li jmiss
Għada:
Grupp A
Marsaxlokk v Sliema 3.00pm
Otters v Marsaskala 4.05pm
Grupp B
Sirens v Birżebbuġa 5.10pm
//= $special ?>