Il-President tar-Russja Vladimir Putin issa qed jippjana li jieħu kontroll tal-Moldova.
Dan żvelah il-President tal-Ukrajna Volodomyr Zelenksy waqt id-diskors tiegħu fi tmiem is-summit tal-Unjoni Ewropea fi Brussell.
Zelenksy qal li sar jaf b’dan il-pjan wara li l-Ukrajna interċettat messaġġ tal-inteligence Russa. Huwa qal li din il-mossa hija indikazzjoni oħra li r-Russja hija ta’ theddida kbira għas-sigurtà u l-libertà tal-Ewropa kollha.
Il-Moldova kienet tagħmel parti mill-Unjoni Sovjetika sal-1991. U l-pjan tar-Russi hu li jorganizzaw invażjoni fil-Moldova li tibda minn dawn it-tlett ibliet Ukreni; Odesa, Mykolaiv u Kherson.
Zelensky għal darba oħra għamel appell sabiex il-pajjiżi jibgħatu aktar artillerija lill-Ukrajna ħalli jkomplu bil-ġlieda kontra l-qawwiet tar-Russja. Huwa saħaq li hemm bżonn li jibqgħu pass ‘il quddiem mir-Russja sabiex tintemm din il-Gwerra.
//= $special ?>