Milan ħadu ftit tan-nifs wara seba’ logħbiet bla rebħa bejn Kampjonat, Supercoppa u Coppa Italia, meta f’San Siro għelbu lil Torino 1-0.
B’din ir-rebħa, ir-Rossoneri jitilgħu momentarjament fit-tielet post b’41 punt, żewġ punti taħt ir-rivali Inter u punt fuq Roma, iżda b’logħba aktar mit-tnejn li huma.
Il-gowl tar-rebħa wasal fit-62 minuta minn Olivier Giroud li wara kross ta’ Theo Hernandez, b’daqqa ta’ ras għeleb lil Milinkovic-Savic.
//= $special ?>