Lokali

Tfittxija għal persuna li tinsab f’diffikultà fil-baħar qawwi

Għaddejja tfittxija għal persuna li tinsab f’diffikulta fil-baħar qawwi lejn iz-zona tal-Belt Valletta.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Net News li daħlet telefonata għall-ħabta tas-2:00 ta’ waranofsinhar hekk kif persuna rat lill-persuna oħra jeħodha l-mewġ taħt il-Forti ta’ Sant Iermu.

Bħalissa għaddejja tfittxija għal din il-persuna b’ħelikopter iżda hija operazzjoni diffiċli minħabba l-mewġ qawwi kaġun tal-maltempata Helios.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.