Internazzjonali

Turkija: salvata omm u tarbija tat-twelid wara 90 siegħa taħt it-tifrik

Waqt l-operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ ġiet salvata tarbija ta’ 10 ijiem wara li l-omm u t-tarbija qattgħu xejn inqas minn 90 siegħa taħt it-tifrik.

Qed jitqies bħala miraklu li ġew salvati wara kważi ħamest ijiem taħt it-tifrik. Dawn ġew salvati fil-belt ta’ Hatay madwar 161km ‘il bogħod mill-epiċentru tat-terremot.

It-terrmot laqat it-Turkija u s-Sirja t-Tnejn li għadda u kellu saħħa ta’ 7.8 fuq l-iskala Richter.

Dan it-terremot ħalla ‘il fuq minn 22,000 vittma filwaqt li ‘il fuq minn 75,000 persuna ġarrbu l-ġrieħi.