Lokali

Valletta Airlines tirreġistra l-ewwel ajruplan fil-flotta tagħha

Valletta Airlines irreġistrat l-ewwel ajurplan biex tibda bil-flotta tagħha.

L-ajurplan, A320-200 nxtara mill-Heston Airlines wara li kien ilu għandhom għal dawn l-aħħar 18-il sena. Dan jinsab fl-ajruport ta’ Varna hekk kif qed issir xi tiswija fuqu.

Fl-aħħar xhur kien hemm spekulazzjonijiet li Valletta Airlines se tkun qed tieħu post l-Air Malta. Madanakollu, dan qatt ma ġie kkonfermat, għalkemm il-Ministru Clyde Caruana ma ċaħadx meta ġie mistoqsi dwar dan.