Il-kumpannija tat-teknoloġija Yahoo qed tippjana biex tneħħi mal-20 fil-mija tal-ħaddiema – li bħala total jammontaw għal 8,600 – bħala parti minn proċess ta’ ristrutturizzazzjoni.
Dan fost ir-riorganizzazzjoni tat-taqsima tar-reklamar, b’aktar min-nofs il-ħaddiema mad-dipartiment iridu jingħataw is-sensja sal-aħħar tas-sena.
Intant, mal-1,000 impjegat mal-Yahoo – li ilha mill-2021 immexxija mill- Apollo Global Management — se jkunu affettwati mill-qtugħ tal-istaff qabel l-aħħar tal-ġimgħa.
Dan meta Yahoo issieħbet mal-kumpanniji tat-teknoloġija li kellhom jissensjaw lill-ħaddiema fost it-tnaqqis fid-domanda, inflazzjoni u rati tal-interessi għoljin.
.
//= $special ?>