Membri tas-CPD u Pulizija issejħu fil-Mosta wara li kienet rappurtata splużjoni fiz-zona tat-Technopark għall-ħabta tal-11am.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’din l-isplużjoni li seħħet f’fabbrika li tipproduċi l-ħġieġ. Jidher li splodew żewġ pajpijiet tal-gass. Kawża ta’ dan l-inċident il-binja ġarrbet xi ħsarat iżda ma kien hemm l-ebda ħruq.
Fil-post marru erba’ vetturi tal-Pulizija, vettura tal-Protezzjoni Ċivili u anke ambulanza, filwaqt li l-ħaddiema kollha ġew evakwati.
//= $special ?>