L-Amerika waqqgħet oġġett mhux identifikat li kien qed itir fl-ispazju tal-ajru tagħha, ‘l barra mill-kosta tal-Alaska.
L-oġġett, li twaqqa’ fuq ordni tal-President Joe Biden, kien qed itir f’għoli ta’ madwar 40,000 pied u kien fih daqs karozza żgħira.
Kien Ajruplan F-22 illi waqqa’ l-oġġett bl-użu ta’ missila. U kollox jindika li ma kien hemm ebda ekwipaġġ fuqu.
S’issa…għadu mhux magħruf minn fejn ġie jew x’kien eżatt dan l-oġġett.
Dan il-każ stramb seħħ ftit jiem biss wara li l-Istati Uniti waqqgħet bużżieqa Ċiniża li kienet maħsuba li kienet ajruplan ta’ spjunaġġ. Għalkemm iċ-Ċina qed tibqa’ tiċħad.
//= $special ?>