L-awtoritajiet Belġjani arrestaw lill-MEP Marc Tarabella, li kien diġà tkeċċa mill-partit soċjalista wara li faqqa’ l-allegat każ ta’ korruzzjoni u tixħim minn Deputati Ewropej.
Fi stqarrija, il-prosekutur ikkonferma wkoll li l-Ġimgħa filgħodu saru diversi rejds. U fost l-oħrajn …saret tfittxija f’kaxxa ta’ depożitu li Tarabella għandu f’bank fi Liège, kif ukoll saru raids f’diversi uffiċċji fil-belt ta’ Anthisnes, fejn Tarabella għadu sindku.
L-avukat ta’ Tarabella Maxim Töller qal li l-klijent tiegħu għadu ma deherx quddiem Imħallef. Il-prosekutur minn naha tieghu ma kkummentax dwar x’akkużi jista’ jiffaċċja Tarabella.
Il-Parlament Ewropew kien neħħa l-immunità kemm għal Tarabella kif ukoll għall-MEP Andrea Cozzolino. U dan fetaħ it-triq għall-investigaturi Belġjani biex jinterrogawhom.
Tliet suspettati oħra jinsabu l-ħabs.
Skont kelliem għall-prosekutur Belġjan, il-pulizija Belġjana fittxew ukoll fid-dar tal-MEP Cozzolino f’Ixelles. L-uffiċċju tiegħu fil-Parlament Ewropew ġie ssiġillat, iżda ma sarux tfittxijiet.
Dan l-iskandlu kien faqqa’ f’Dicembru meta l-eks Viċi President tal-Parlament Ewropew Eva Kaili, is-sieħeb tagħha Francesco Giorgi u l-eks MEP Pier Antonio Panzeri … ġew akkużati b’indħil fl-operat politiku tal-Parlament Ewropew, fuq pressjoni tal-Qatar.
F’Jannar, Panzeri laħaq ftehim biex jikkoopera mal-investigaturi. Minn naha taghhom, Tarabella kif ukoll Cozzolino qed jiċħdu li kien hemm aġir ħażin.
Il-Parlament Ewropew kellu reazzjoni immedjata meta feġġew dawn l-allegazzjonijiet fuq l-MEPs Socjalisti….bil-President Metsola tieħu azzjoni mal-ewwel.
//= $special ?>