Ambjent Lokali

Bdiewa fil-Manikata iġarrbu ħsarat minħabba proġett li sar ħażin

Proġett li sar dan l-aħħar fiz-zona tal-Manikata qed iwassal biex il-bdiewa taz-zona isofru minn ħsarat estensivi kull darba li tagħmel ix-xita.

Il-proġett huwa dak magħruf bħala tan-new water, u li iddevja l-ilma tax-xita fl-għelieqi. Dan ħalla l-bdiewa jaffaċjaw problemi kbar, meta qabel l-ilma tax-xita kien jimxi ‘il barra minn dawn l-għelieqi.

Il-bdiewa li tkellmu magħna ma gergrux dwar il-proġett innifsu li qed jitratta d-drenaġġ, iżda dwar il-mod kif saru l-affarijiet.

Numru minn dawn il-bdiewa diġa’ ilmentaw b’saħħa mal-Gvern rigward din is-sitwazzjoni li qed iġġib ħsarat kbar. Net News hu infurmat li ħadd ma ta widen għal dawn l-ilmenti.