Rowen Camilleri
BIRKIRKARA………..3
GUDJA U………………1
Birkirkara: A. Sylla, O. Iorio (N. Cross 90’), D. Pires (M. Fedele 80’), A. Da Paixao (A. Ciolacu 69’), P. Mbong (J. Valletta 80’), K. Zammit, C. Attard, E. Cabrera, S. Zibo, A. Coppola, D. Ribeiro (M. Gambin 90’)
Gudja U: G. Zammit, A. Prates, T. Naganatsu, V. Plut, J. Atrhur, N. Micallef, K. Micallef, H. Vella (J. Attard 75’), M. Muchardi, N. Navarrete (S. Attard 69’), F. Zuniga
Skorjaw: O. Iorio 14’, 49’, E. Cabrera 42’(B), T. Nagamatsu 83’ (G)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Duncan Sultana u Edward Spiteri
BOV Plejer tal-Logħba: Osvaldo Iorio (Birkirkara)
Doppjetta ta’ Iorio u gowl ieħor ta’ Cabrera kienu biżejjed biex taw tliet punti lil Birkirkara kontra Gudja United biex b’hekk aċċertaw mit-tielet post u laħqu lil Gżira momentarjament.
L-ewwel gowl għal Birkirkara wasal ftit qabel il-kwarta logħob meta minn kross ta’ Ribeiro, Glenn Zammit tajjar parzjalment iżda mir-rebound Osvaldo Iorio spara xutt minn barra l-kaxxa li mata l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Gudja.
Birkirkara rduppjaw fit-42 minuta din id-darba permezz ta’ daqqa ta’ ras tal-Arġentin Enzo Cabrera biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-0 favur l-Istripes.
Għaddew biss erba’ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima u Birkirkara għamluhom tlieta. L-ewwel kien tentattiv ta’ Osvaldo Iorio li kien maqlugħ minn fuq il-linja mid-difiża, bil-ballun jasal għand l-istess plejer li din id-darba ma’ żbaljax u għaqqad doppjetta personali u t-tielet gowl għal Birkirkara.
Gudja skorjaw il-gowl tal-bandiera fit-83 minuta meta Tatsuro Nagamatsu aprofitta minn żball difensiv u wara li avvanza b’xutt fil-baxx għleeb lill-goalkeeper Karkariż Amara Sylla. L-iskor sat-tisfira finali baqa’ ma nbidilx biex Birkirkara kisbu rebħa oħra importanti biex jilħqu t-tragward tagħhom cioe post fl-Ewropa.
