Matul il-ġimgħa, tkompla l-Kampjonat Reġjonali fejn il-leaders Birkirkara Youngsters lagħbu darbtejn hekk kif fl-ewwel logħba ġew miżmua fi draw ta’ 10-10 minn Ħamrun 147 C filwaqt li l-għada għelbu lil San Ġwann White Hart 11-6.
Birkirkara Duke’s A ukoll lagħbu darbtejn u kisbu żewġ rebħiet bl-ewwel waħda tkun kontra San Ġwann White Hart 11-8 biex fit-tieni konfront għelbu lill-Każin Pinto Qormi B 11-6.
Juve Birkirkara A sofrew żewġ telfiet kbar ta’ 11-0 kontra San Ġwann Nick’s A u Birkirkara Boċċi sabiex baqgħu fl-aħħar post tal-klassifika.
Mosta St Mary’s A, li jinsabu tliet punti taħt il-leaders, għelbu lil Selmun Bar A 11-6.
KLASSIFIKA REGIONAL LEAGUE
Birkirkara Youngsters 31, Mosta St Mary’s A 28, San Ġwann Nick’s A 24, Birkirkara Duke’s A 22, Selmun Bar A 16, Ħamrun 147 C, Birkirkara Boċċi 14, Każin Pinto Qormi B 10, San Ġwann White Hart 6, Juve Birkirkara A 3
//= $special ?>