Futbol Sport

Doppjetta ta’ Jake Grech tagħti l-ewwel rebħa lil Hibernians taħt it-tmexxija ta’ Silvio Vella

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

ŻEBBUĠ R…….…………0

HIBERNIANS …………….2

Hibernians bdew l-avventura tagħhom taħt it-tmexxija ta’ Silvio Vella b’mod pożittiv meta għelbu lil Żebbuġ Rangers 2-0, b’gowl f’kull taqsima.

Hibernians kienu ġejjin minn żewġ telfiet konsekuttivi kontra Gżira United u kontra Balzan, u fost il-ġimgħa kellhom il-bidla fit-tmexxija teknika, bit-tluq ta’ Andrea Pisanu u l-ħatra ta’ Silvio Vella, li b’hekk sar it-tielet manager taċ-champions f’dan l-istaġun. 

Hibernians kien jimmerithom din ir-rebħa anki jekk kellhom jistennew sa sitt minuti mill-intervall biex fetħu l-iskor grazzi għal penalty skorjat minn Jake Grech fejn fl-istess azzjoni Żebbuġ kellhom lil Bartolo mkeċċi.

Fit-tieni taqsima kien l-istess Jake Grech li għalaq il-logħba fit-58 minuta bit-tieni gowl tiegħu b’xutt fil-baxx wara pass ta’ Jurgen Degabriele

BOV Plejer tal-Logħba: Jake Grech (Hibernians)