Lokali

Il-Purċissjoni bil-vara artistika ta’ San Pawl fil-Belt Valletta

Kienet ilha sentejn ma ssir minhabba l-Covid. Il-maltemp tertaq qalb il-Beltin. Iżda s-Sibt – għalkemm mhux fl-10 ta’Frar – l-emozzjonijiet kienu kbar malli feġġet fil-bieb tal-Kolleġjata l-vara ta’ San Pawl.

Il-purcissjoni li permezz taghha gew fi tmiemhom ic-celebrazzjonijiet marbuta ma’ din il-festa, bdiet għall-ħabta tal-5:30pm…malli ir-reffiegħa dehru ħerġin mill-Kolleġjata ta’ San Pawl – mument li l-aħħar li rajnih kien fl-2020, għaliex lanqas is-sena li għaddiet ma kienet saret purċissjoni minħabba r-restrizzjonijiet.

U minkejja li l-għada tal-10 ta’ Frar, is-sentiment kien l-istess. Bil-loghob tan-nar jakkumpanja l-purcissjoni u d-daqq tal-marci festivi.

Il-vara ta’ San Pawl fil-Belt Valletta hija meqjusa fost l-itqal tal-Gżejjer Maltin u hi xogħol attribwit lil Melchiore Gafà.

Din il-vara barokka hi meqjusa bħala kapulavur artistiku…b’esperti jgħidu li San Pawl, li hu xogħol tas-Seklu 17, hi waħda mill-aktar opri importanti f’pajjiżna.

Intant, waqt il-purcissjoni, saret ukoll l-istqarrija tal-Fidi …hekk kif il-vara ta’ San Pawl waslet fi Pjazza San Ġwann. Din tmexxiet mill-Arċipriet tal-Kolleġjata, il-Kanonku Dun David Cilia.

U aktar kmieni, saret ukoll l-attivita Marci Pawlini organizzata mill-banda La Vallette flimkien mal-Għawda tal-Pawlini.