Il-ministru tal-isports tar-Russja, Oleg Matytsin, qal li s-sejħa tal-Ukrajna biex titpoġġa’ projbizzjoni fuq l-atleti Russi għall-Olimpjadi ta’ Pariġi tal-2024 kienet “inaċċettabbli”.
Hu ddeskriva s-sejħa bħala “xewqa sfaċċata li tinqered l-unità tal-isport internazzjonali u l-moviment Olimpiku internazzjonali”.
Ir-rimarki tal-Ministru Russu saru hekk kif grupp ta’ 35 pajjiż se jitolbu li l-atleti Russi u tal-Belaruss jiġu pprojbiti mill-Olimpjadi tal-2024.
L-IOC qed tinvestiga modi oħra kif l-atleti mir-Russja u l-Belarus jistgħu jikkwalifikaw għall-Olimpjadi taħt bandiera newtrali, sabiex ma jkunx hemm projbizzjoni totali fuqhom.
Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelenskiy, nhar il-Ġimgħa ġedded is-sejħiet tiegħu għal bojkott tal-Logħob, billi argumenta li l-preżenza ta’ rappreżentanti tal-istat terroristiku hija manifestazzjoni ta’ vjolenza u illegalità.
//= $special ?>