Ingliż ta’ 77 sena tilef ħajtu wara li ntlaqat minn oġġett li waqa’ fuq rasu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza fix-Xaghra, Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq Ta’ Gorf meta mill-ewwel indikazzjonijiet l-anzjan kien qiegħed jagħmel xi xogħol u f’dak il-waqt waqa’ oġġett fuq rasu.
Fil-post ġiet imsejħa immedjatament l-assistenza medika bir-raġel jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
Sfortunatament huwa ġie ċċertifikat li tilef ħajtu aktar tard.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>