Internazzjonali

Londra: Żewġ persuni nqatlu u ieħor weġġa’ f’inċidenti separati

ritratt: Evening Standard

Il-Pulizija Metropolitana qalet li fis-sigħat bikrin tas-Sibt, miet żagħżugħ ta’ 26 sena filwaqt li raġel ieħor ta’ 24 sena jinsab l-isptar, wara li qalgħu daqqiet ta’ sikkina f’Hackney Wick, fil-Lvant ta’ Londra.

Fuq dan il-każ għadhom ma saru l-ebda arresti.

F’inċident separat, raġel ta’ 50 sena nqatel f’Lambeth, fil-Lbiċ ta’ Londra.

Kien għall-ħabta tas-1:30am tas-Sibt meta daħlu rapporti li kien hemm raġel ferut b’mod kritiku fi flat f’Hicken Street.  Assistenza medika waslet fuq il-post u ħadet lir-raġel l-isptar fejn miet ftit tal-ħin wara.

Raġel, li għandu wkoll 50 sena, ġie arrestat fuq suspett ta’ qtil.  Huwa ttieħed fl-għassa tal-pulizija fin-Nofsinhar ta’ Londra u għadu arrestat.

Ma jidhirx li l-attakki fil-Lvant u l-Lbiċ ta’ Londra huma relatati.