Kultura Lokali

Minjatura – wirja ta’ 500 mudell fil-Mużew Marittimu

Arti, passjoni u dedikazzjoni.

Huma dawn l-ewwel tlett kelmiet li jiġu f’moħħok meta żżur il-wirja li ġġib l-isem “Minjatura” – wirja li qed tiġi organizzata fi tmiem din il-ġimgħa fil-Mużew Marittimu fil-Birgu li għandha għaddejja sal-Ħadd waranofsinhar.

Diversi persuni u dawk li għandhom għal qalbhom l-arti tal-mudelli qed jipparteċipaw fil-41 edizzjoni tal-wirja ta’ IPMS Malta – The Society for Scale Modelers – wirja annwali fejn kull min jattendi ċertament li jibqa’ affaxxinat bl-arti u dedikazzjoni li hemm wara kull mudell.

Fost dawk esebiti…. kemm sempliċiment għall-wiri kif ukoll għal kompetizzjoni hemm madwar 500 mudell b’tipi differenti ta’ ajruplani, karozzi u bastimenti kemm tal-gwerra kif ukoll ċivili, xwieni u muturi..b’livell ta’ dettall impekkabbli.

Ritratt: Martin Agius

Mudelli storiċi, tal-fantaxjenza u fantażija – iżda mhux biss. Dan hekk kif matul il-wirja saħansitra tista’ ssegwi kif jinbnew il-mudelli dak il-ħin.

Net News tkellem ma Wayne Zammit, Segretarju tal-Għaqda fejn spjega li sabiex tiġi organizzata wirja bħal din il-preparamenti għaliha jibdew minn sena qabel bl-aħħar xahrejn ikunu aktar intensivi hekk kif tul din il-wirja għall-ewwel darba qed issir kompetizzjoni li mhux biss qed jipparteċipaw fiha l-Maltin iżda anke barranin.

Ritratt: Martin Agius

Huwa qalilna li l-artist jinvesti mhux biss flus iżda ħafna ħin fuq dawn il-mudelli, fejn il-prodott finali ċertament ikun frott id-dedikazzjoni li jkun ta tul diversi xhur..jew saħansitra snin.

Wayne Zammit saħaq li din il-passjoni hija waħda li tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra, mill-ġenituri għal għand l-ulied.

Il-wirja hija miftuha mid-09:30 sal 4:30 ta’ waranofsinhar.

Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius