Newcastle United tilfu ċ-ċans li jaqbżu lil Manchester United fit-tielet post tal-klassifika ( grazzi għal differenza ta’ gowls aħjar) wara li kienu miżmuma minn Bournemouth, 1-1, fil-Vitality Stadium.
Fil-fatt iċ-Cherries lagħbu waħda mill-aħjar logħbiet tal-istaġun biex illimitaw lill-Geordies għal ftit ċansijiet konkreti quddiem il-lasta ta’ Neto, bid-dro, kollox ma’ kollox, ikun riżultat xieraq.
Il-gowls waslu fl-ewwel taqsima, b’Bournemouth jiftħu l-iskor man-nofs-siegħa minn Marcos Senesi li sab ir-rokna tax-xibka b’xutt imkaxkar u mill-qrib fuq l-assist ta’ Ouattara.
Intant, Newcastle għamluhom 1-1 sekondi qabel il-mistrieħ meta Neto salva x-xutt ta’ Sean Longstaff, bil-ballun jispiċċa f’saqajn Miguel Almiron li ma kellux diffikultà biex jikkonkludi.
//= $special ?>