Futbol Sport

Real Madrid jirbħu t-Tazza tad-Dinja għat-tmien darba

(Ritratt: EPA)

REAL MADRID……………….5

AL-HILAL………………………..3

Real Madrid rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-klabbs għat-tmien darba fl-istorja tagħhom meta fil-final għelbu lil Al-Hilal 5-3.

Vinicius Junior u Valverde taw vantaġġ doppju lil Real iżda fis-26 minuti Al-Hilal naqqsu l-iskor b’gowl ta’ Marega.

Disa’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Karim Benzema skorja t-tielet gowl tal-Ispanjoli u erba’ minuti wara Valverde skorja t-tieni gowl personali tiegħu għal 4-1.

Ftit wara s-siegħa logħob Vietto naqqas l-iskor għal Al-Hilal iżda fid-69 minuta Vinicius Junior ukoll għaqqad id-doppjetta personali għal 5-2. 

Għaxar minuti mit-tmiem Vietto ukoll għaqqad id-doppjetta għal skor finali ta’ 5-3.