Futbol Sport

Serie A: Roma miżmuma minn Lecce u Atalanta jitilgħu fit-tielet post b’rebħa fuq Lazio

(Ritratt: EPA)

Roma tilfu żewġ punti mportanti meta setgħu jiksbu biss punt barra minn darhom kontra Lecce.
B’dan ir-riżultat Roma issa jinsabu fit-tielet post bl-istess punti daqs Milan u Atalanta.

Iż-żewġ gowls li ddeterminaw ir-riżultat waslu fl-ewwel sbatax-il minuta tal-logħba meta Lecce fetħu l-iskor b’awtogowl ta’ Ibanez u Roma kisbu d-draw b’penalty skorjat minn Dybala.

Emozzjonijiet fil-logħba l-oħra tal-bieraħ fejn Empoli u Spezia temmew fi draw ta’ 2-2.
Empoli kellhom lil Parisi mkeċċi wara 21 minuta u Spezia approfittaw b’doppjetta ta’ Verde.
Fil-bidu tat-tieni taqsima anki Spezia spiċċaw bi plejer inqas meta tkeċċa Esposito u Cambiaghi naqqas l-iskor fil-71 minuta.
Fl-94 minuta Vignato kiseb il-gowl tad-draw drammatiku ta’ Empoli.

Fl-aħħar partita tas-Sibt Atalanta barra minn darhom għelbu lil Lazio 2-0 biex qabżu lil Roma u tlegħu fit-tielet post.

L-ewwel gowl ta’ Atalanta wasal fit-23 minuta permex ta’ Davide Zappacosta biex Rasmus Hojlund issiġilla r-rebħa għal-La Dae b’gowl fil-65 minuta.

Riżultati:
Empoli 2-2 Spezia
Lecce 1-1 Roma
Lazio 0-2 Atalanta

Il-Ħadd:
Udinese v Sassuolo
Bologna v Monza
Juve v Fiorentina
Napoli v Cremonese