Sport Waterpolo

Sirens jirreżistu l-perseveranza ta’ Birżebbuġa…Sliema u Marsaskala jirbħu wkoll

(Ritratt: Joseph Galea)

Stewart Said

SIRENS………………………………… 12

BIRŻEBBUĠA FREEPORT………10

(4-2), (3-4), (3-3), (2-1)

Sirens kisbu tliet punti minn konfront dirett kontra Birżebbuġa Freeport f’logħba li baqgħet eċċitanti sat-tmiem. Kollox deher li seta’ jiġi faċli għal Sirens bi tliet gowls vantaġġ fl-ewwel minuti tal-logħba. Iżda reazzjoni ta’ Birżebbuġa wasslet biex ġabu d-draw għal 4-4 sal-ewwel żewġ minuti u nofs tat-tieni sessjoni, b’Mattias Ortoleva jiskorja tripletta.

It-tim ta’ Pierre Borg kellu jirkupra darbtejn oħra żvantaġġ doppju tul il-logħba, b’riżultat ta’ 8-8 sa tliet minuti minn tmiem it-tielet sessjoni. Id-distakk baqa’ viċin sal-aħħar mumenti tal-logħba għalkemm Birżebbuġa qatt ma ħadu l-vantaġġ tul il-logħba, bil-penalty ta’ Gianni Farrugia fl-aħħar żewġ minuti tissiġilla r-rebħa għal Sirens.

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (2), J. Cachia, J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (5), M. Chircop (2), W. Ruggier, G. Sammut (1), M. Cutajar, M. Sciberras, M. Azzopardi (2), M. Bonello Dupuis, K. Agius

Birżebbuġa: M. Vassallo, P. Borg (2), N. Cassar, B. Grech, K. Grech, R. Spiteri, D. Cutajar (1), D. Farrugia, K. Tanti (2), G. Mannino, C.D. Borg, M. Ortoleva (5)

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri

OTTERS NIVEA…………. 6

MARSASKALA…………… 9

(1-4), (0-2), (3-0), (2-3)

Tliet punti importanti għal Marsaskala f’logħba li fiha d-differenza kienet il-bidu li kellhom. Otters għandhom għaliex iħossuhom diżappuntati li daħlu fil-logħba tard wisq. Marsaskala kellhom vantaġġ ta’ 3-0 fl-ewwel tliet minuti u saħansitra temmew it-tieni sessjoni 6-1 fil-vantaġġ.

Iżda reazzjoni mit-tim Għawdxi fit-tielet sessjoni wasslet biex qatgħu d-distakk għal żewġ gowls biss permezz tad-debuttanti veterani Mark Meli u Andrea Bianchi flimkien ma’ man-up skorjat minn Kenneth Micallef. Sa ħames minuti minn tmiem il-logħba, id-distakk kien ta’ 8-6, bil-gowl ta’ Mark Carani għamilha kważi impossibbli għal Otters biex jirkupraw.

Otters: M. Xerri, D. Dimech, K. Scicluna (1), K. Micallef (1), M. Meli (3), A. Bianchi (1), I. Azzopardi, S. Dimech, L. Dimech, K. Saliba, A. Dimech, G. Gatt Ellis

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, P. Privitera, R. Greco, J. Pace Mizzi, K. Navarro (1), D. Tully (1), D. Pace Lupi (1), G. Sammut, J. Ciantar (1), M. Carani (5), A. Muscat

Referees: Stefan Licari, Richard Magri

MARSAXLOKK BROWN’S….. 0

SLIEMA FRANK SALT……….. 24

(0-4), (0-8), (0-7), (0-5)

Kif jixhed l-iskor, logħba dominata minn Sliema Frank Salt li kisbu t-tliet punti mingħajr diffikultà. Sliema bdew jiddefendu t-titlu li rebħu s-sena l-oħra kontra tim mimli żgħażagħ u għalhekk il-qawwa ta’ Sliema ma tistax titkejjel f’din il-logħba.

Sliema skorjaw erbgħa mingħajr risposta fl-ewwel sessjoni u żiedu l-vantaġġ għal 12-0 fit-tieni sessjoni, bit-tmien gowls jaslu minn seba’ plejers differenti. Il-Plejer tax-Xahar għal Jannar Liam Galea skorja doppjetta oħra fit-tielet sessjoni, b’Sliema jibqgħu jsibu x-xibka minkejja r-rotazzjoni li saret fit-tim. Ħames gowls oħra fl-aħħar sessjoni, biż-żagħżugħ Daniel Rizzo jiskorja tnejn minnhom.

Marsaxlokk: S. Mifsud, M. Lanzon, B. Zammit, M. Aquilina, E. Bonnici, J. Valletta, M. Farrugia, J. Pawley, D. Cordina, C. Cutajar, J. Borg Tabone, S. Mifsud, M. Brimmer, A. Aquilina

Sliema: A. Bugeja, J. Gabarretta (3), L. Galea (4), D. Rizzo (2), B. Cachia (1), J. Cutajar, M. Mifsud (1), J. Brownrigg (2), E. Schembri (4), Z. Mizzi (1), D. Zammit (2), Z. Dzanovic, J. Sciberras (3), S. Engerer (1)

Referees: Ronnie Spiteri, Neville Mercieca

Logħob li jmiss – Grupp A

Il-Ġimgħa 17 ta’ Frar

Sliema v Otters                6:00pm

Is-Sibt 18 ta’ Frar

Marsaskala v Neptunes    4:05pm

Exiles v Marsaxlokk        5:10pm

Logħob li jmiss – Grupp B

Il-Ġimgħa 17 ta’ Frar

Birżebbuġa v Barracudas 7:05pm

Valletta v Sirens              8:10pm

Is-Sibt 18 ta’ Frar

San Ġiljan v Ta’ Xbiex    3:00pm