Matul dan ix-xahar jista’ jkun hawn fl-ajru ajruplan li jġib l-isem tal-Belt Kapitali Maltija.
Dan hekk kif “Valletta Air” irreġistrat l-ewwel ajruplan sabiex tat bidu għal flotta tagħha.
Mill-indikazzjonijiet li ghandna…l-ajruplan tal-għamla Airbus A320 li għandu 18-il sena bħalissa jinsab wieqaf fl-ajruport ta’ Varna fil-Bulgarija u akkwista l-Air Operator’s Certificate matul din il-ġimgħa.
Sorsi fis-settur spjegaw li l-kumpanija tal-ajru l-ġdida Valletta Air twaqfet mil-linja tal-ajru Litwena Heston Airlines b’kollaborazzjoni ma’ Air Valletta Group – li warajha hemm investiment privat Ċiprijot..bis-sorsi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon mhux qed jeskludu li b’rabta ma’ dan l-investiment hemm ukoll eks Membri Parlamentari Laburisti.
Filwaqt li l-futur tal-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta huwa wieħed inċert aktar minn qatt qabel, fl-aħħar xhur staqsejna lill-Ministru Clyde Caruana aktar minn darba dwar il-linja tal-ajru Valletta Air – iżda hu dejjem ċaħad li jaf b’xi ħaġa.
Sorsi qrib is-settur qed jisħqu li għadu mhux ċar jekk ladarba l-Air Malta kif nafuha tagħlaq għal kollox hux se tidħol fix-xena l-Valletta Air…cioè l-Gvern Malti jidħol fi ftehim ma’ Heston Airlines bl-eventwalità li jew jixtriha min għandhom…jew il-linja tal-ajru nazzjonali tiġi waħda privata għal kollox.
Esperti f’dan il-qasam saħqu li d-destinazzjonijiet li għandhom fil-mira Valletta Air huma l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq u Isfel, Lvant Nofsani kif ukoll l-Ażja mbiegħda.
//= $special ?>