“Kemm jien kburi li minn 5 miljuni li kellha tieħu Malta, illum se tieħu 60 miljun għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Dan kollu bis-saħħa ta’ dak li nnegozjajt jien mal-kummissjoni tal-Unjoni Ewropea. Grazzi għal dan il-Partit li ħadiem qattiegħ sabiex Malta saret membruy sħiħ fil-Unjoni ewropea.”
Dan qalu l-membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista David Casa waqt il-Kunsill Ġeneral tal-Partit Nazzjonalista fejn saħaq li l-kisbiet li jsiru fl-Ewropa permezz tal-ħidma tal-MEPs tal-PN huma kisbet kemm għal Partit Nazzjonalista u wisq aktar Malta kollha.
David Casa tkellem dwar kif fl-aħħar jiem, hu fliemkien mal-MEPs tal-PN ħadmu fuq liġi sabiex l-ommijiet u missierijiet ikollhom aktar drittijiet. “Waqt li aħna ħdimna fuq din il-liġi, huma ħadmu sabiex jidħol l-abbort f’pajjiħna. L-MEPs tal-PN ma jmorrux jiġbru l-firem sabex jidaħħal l-abrot f’pajjiżna”
David fakkar ukoll kif Malta għmlet isem barra minn xtutna għaliex rrnexxilna niksbu l-ogħla kariga fil-UE – Fl-istess waqt Casa sellem lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, filwaqt li insista li” Kburi li hija ħabiba u kollega … u minkejja l-attakki fuqi u fuq Roberta Metsola, ħadd u xejn mhu se jwaqqafna mill-ħidma tagħna. Aħna se nkomplu naħdmu u se nibqgħu sodi sabiex inġibu l-aħjar għal pajjiżna.”
//= $special ?>