Futbol Sport

Balzan idawru telfa f’rebħa kontra Pietà Hotspurs

(Ritratt: Catriel Farrugia)

BALZAN………..………3
PIETÀ HOTSPURS…..2

Balzan: J. Debono, I. Bozovic, S. Arab, M. Grima, B.Mladenovic, A. Torres, A. Satariano ( Z. Grech 46’) , N. Braunovic ( D .C. Ndinga 46’), M. Raso, M. Nogureira, A. Andrejic ( B. Kaljevic 46’) ( A. Bradshaw 85’).

Pietà H. S. Moschin, S. Okoh, C. Bangura, A. Temitope , J. Ghio (D. Rodrigues 75′) , T. Agius (A. Wismayer 85’), A. Hovhannisyan , K. Leonardi, Z. Leonardi, G. A. Ogungbe ,T. Yamaguchi.

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistant Referees: Luke Portelli u Kurt Saliba

Skorjaw: A. Torres 45′, B. Kaljevic 74′ D. Ndiga 81′ (B), A. Hovhannisyan 1′, T. Yamaguchi 28′ (P)

BOV Plejer tal-Logħba: Delvin Chanel Ndinga (Balzan )

Balzan irnexxielhom idawru żvantaġġ ta’ żewġ gowls f’rebħa ta’ 3-2 biex reġgħu sabu posthom mal-ewwel erba’ bi 33 punt daqs Hibenrians.

Pietà marru minn fuq wara biss minuta logħob meta kien il-pleyer mill-Armenja Armen Hovhannisyan li qabbeż il-ballun minn fuq Jonathan Debono b’dan tal-aħħar jinqabad xi ftit barra minn postu.

Żewġ minuti qabel in-nofs siegħa logħob Pietà saħansitra skorjaw it-tieni gowl din id-darba jkun il-Ġappuniż Takuma Yamaguchi li rċieva pass fit-tul u b’xutt sabiħ sab ix-xibka u tefa’ lill-Hotspurs f’vantaġġ doppju.

Meta kollox deher li l-iskor sa tmiem l-ewwel taqsima kien se jkun dak ta’ 2-0 favur Pietà, Balzan daħlu lura fil-partita meta kien Angel Torres li x-xutt b’saħħtu tiegħu ħabat mal-mimduda u daħal fix-xibka biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-1 favur Pietà.

Balzan bdew juru logħob aħjar matul it-tieni taqsima u fl-74 minuta ġabu l-gowl tad-draw permezz ta’ xutt mill-isbaħ minn free-kick dirett tas-sostitut Bojan Kaljevic.

Balzan ma kienux kuntenti bi draw u fil-81 minuta, wara li ftit qabel l-istess plejer kien ħabatlu ballun mal-lasta, l-akkwist il-ġdid ta’ Jannar Delvin Ndinga għeleb lil Moschin b’konklużjoni sabiħa biex ta rebħa importanti lill-iskwadra mmexxija minn Oliver SPiteri li issa jinsabu fir-raba’ post flimkien ma’ Hibernians.