“Nistaqsi…kemm jista’ jkollna politika ta’ fiduċja u tama meta kontinwament nisimgħu bi skandlu wara ieħor minn dan il-gvern?” saħħqet dan il-membru parlamentari Nazzjonalista u Keliema għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Graziella Galea, waqt l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali.
Dawn l-iskandli ma jwasslux politika ta’ fiduċja u tama…u allura dan hu mument kruċjali għal pajjiżna..fejn il-Partit Nazzjonalista għandu jkompli jissaħħaħ u jingħaqad biex juri li hu l-uniku partit li jista’ jagħti direzzjoni lil pajjiżna kif ukoll soluzzjoni għall-bidla li tant hawn bżonn.
“Nistedinkom hawnhekk kull wieħed u waħda minnkom, biex tingħaqdu magħna, tiġu ‘l quddiem bil-ħsibijiet tagħkom ħalli dawn l-ideat nistgħu narawhom flimkien, intejbuhom u nwettquhom. Kull idea, kull ħsieb, kull persuna hija importanti. Hekk dan il-partit jista’ jikber, jissaħħaħ biex ikun oppożizzjoni b’saħħitha li twassal għal gvern alternattiv.”
Hija saħqet għal sforz kollettiv biex tassew il-Partit Nazzjonalista jkun jista jimxi ‘l quddiem.
//= $special ?>