“Sabiex tibni Politika favur in-nies, trid tirbaħ il-qlub u l-imħuħ. Ikollok raġun f’dak li tgħid. Sibna min jaqtalna qalbna u għamel bsaten fir-roti u qalilna li aħna skaduti … iżda maż-żmien sibna li f’dak kollu li għidna kellna raġun.”
Dan qalu id-deputat tal-Partit Nazzjonalista David Agius waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, fejn sema’ l-eżempji kolllha li dan il-Partit kellu raġun f’dak li qal.
Id-deputat David Agius ħabbar li se jkun qed ikellem lis-Segretarju Ġenerali tal-PN sabiex ikun kandidat fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.. u b’hekk jingħaqad mal-MEPs Roberta Metsola u David Casa, li huma awtomatikament kandidati għal din l-elezzjoni skont l-Istatut tal-Partit, u ma’ Peter Agius li l-kandidatura tiegħu ġiet approvata fl-aħħar jiem.
Fl-aħħarnett , David Agius ħeġġeġ sabiex dan il-Partit ikun verament it-tama’ li pajjiżna għandu bżonn – b’politika qawwija u soda. Huwa għalaq id-diskors tiegħu billi tenna li il-Partit Nazzjonalista huwa kburi bil-passat tiegħu u kburi b’kulħadd .
//= $special ?>