Lokali

“Ejja nkomplu naħdmu biex in-nies jersqu iktar lejn il-PN” – Doris Zammit

“Aħna iridu nkomplu nikkonvinċu lin-nies sabiex jersqu lejn il-Partit Nazzjonalista – Nies denji li jaħdmu għall-ġid tal-Partit. Għalhekk ejjew inkomplu naħdmu sabiex dan inwettquħ.”

Dan qalitu il-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista Doris Zammit, waqt il-Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema Politika ta’ Fiduċja u Tama.

Doris tkellmet dwar il-kumitati sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista u resqet diversi proposti sabiex il-ħidma ta’ dawn il-kumitati titjieb.

“Issa fid-direzzjoni tagħna lejn elezzjoni oħra sabiex jintgħazlu dawn il-kumitati, ejjew nagħżlu nies li jkunu denji u kompetenti sabiex owettqu il-ħidma profonda li jirrikjedu dawn il-kumitati.

Dorsi Zammit fost oħrajn ipproponiet li jsiru laqgħat mill-fondazzjoni AŻAD sabiex in-nies imħajjra li jinaqgħdu fil-kumitati sezzjonali jitħarrġu fil-ħidma tagħhom u l-ħidma tagħhom fi ħdan il-kumitati sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista tkun suċċess.