“Fil-passat il-Partit Nazzjonalista offra politika ta’ tama u kuraġġ u anka issa, illum ejjew ninaqgħdu fil-prinċipji li sawru lil dan il-Partit. Flimkien nistgħu noffru tama u kuraġġ lill-pajjiż kollu.”
Dan qalitu Maryanna Lauri, il-President ta’ Riċerka Politika tal-Partit Nazzjonalista fejn irreferiet għal sontaġġ li sar f’Awwissu li għada, fejn sab li l-Maltin huma l-aktar nies irrabjati – “U dan bir-raġun. In-nies irrabjati għal ħafna affarijiet – L-istess rapport qal li aħna l-aktar nies inkwetati. Min iħobb l-uliedu bilfors jitħasseb u jinkwieta għaliex it-tfal tagħna qed jikbru f’pajjiż li kollox jgħaddi u xejn m’għandu valur.”
“Hemm bżonn li l-poplu Malti jerġa’ jikseb il-fiduċja fina u fil-Partit, sabiex inkunu nistgħu inwettqu id-dmir tagħna u noffru tama u kuraġġ. It-tama tagħtina l-qawwa sabiex nemmnu li minkejja l-affarijiet li qed jiġru madwarna – Ahna nistgħu noffru politika alternattiva. Ejjew insibu l-kuragg li nitħabtu u nissieltu għal kwalita’ t’ ħajja aħjar li l-poplu Malti verament jixraqlu.”
//= $special ?>