Lokali

“Ejjew naħdmu flimkien u nkunu l-protagonisti sabiex nwettqu futur sabiħ għal pajjiżna” – Beppe Fenech Adami

“Dan il-Kunsill Ġenerali għażel it-tema Politika b’fiduċja u tama’ – Żewġ kelmiet li hemm miġbur it-tifsira għalfejn ilkoll kemm aħna qegħdin fil-politika. Qegħdin fil-politika fi ħdan il-PN għaliex il-Partit dejjem kellu tama u fiduċja f’kulħadd. Aħna għadna fiduċja fil-ħaddiema tagħna, fl-għalliema, fit-tobba, fl-infermiera, fil-parmediċi kollha li huma l-kolona tas-sistema tas-saħħa tagħna. Aħna għadna fiducja fin-negozju, fiduċja fiż-żgħażagħ, fiduċja fl-anżjani tagħna, u illum għadna fiduċja fil-ħaddiema tac-CPD li rajnihom impenjati barra minn pajjiżna. Huma ħallew il-familja u marru jsalvaw in-nies mit-tfrik. Dawn in-nies lilna għmluna kburin.”

Dan qalu id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami waqt il-kunsill Ġenerali tal-PN, fejn saħaq li “Għax għadna din il-fiduċja iridu noħorġu messaġġ ta’ tama’ – li ma naqtaw qalbna qatt. Jien fiduċjuż li għad tasal il-ġurnata li dan il-pajjiż jerga javda lill -Partit Nazzjonalista.”

“Jien għandi tama li l-glieda kontra l-qtil tat-trabija fil-ġuf titrebaħ. Jien għandi tama li l-pulizija ma jħarsu lejn wiċċ ħadd, li mara imsawwta ssib wens mill-protezzjoni, u l-bullies jitneħħew mit-toroq. Għandi tama’ li pajjizi se jkun ferm ahjar.

Fl-aħħar nett Fenech Admi ħeġġeġ lill kulħadd sabiex ikunu l-protagonisti “sabiex nwettqu futur sabiħ għal pajjiżna”