Lokali

” Ejjew ningħaqdu bejnietna..aħna għandna dik l-arma li tgħaqqadna” – Stefan Caruana

“Il-fiduċja hija aspett remot u diffiċli biex takkwistaha. Trid taħdem għaliha…trid tistinka. Trid tnissel fin-nies ta’ madwarek dak li tixtieq li n-nies ta’ madwarek jaraw fik. Proċess twil u delikat u mhux kemm tfaqqa’ subgħajk.” hekk saħaq il-Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Gudja Stefan Caruana.

Huwa sostna li llum qiegħed hawn għax fil-5 ta’ Diċembru ta’ sebgħa u tletin sena ilu, kien hemm persuna li fiha ra kuraġġ, fiduċja u tama….kien zijuh Raymond Caruana, li għallmu sabiex il-politika tkun hemm għall-ħaddiem, għall-familja, għaż-żgħażagħ, għaż-żgħir u għal min m’għandux vuċi.

Stefan Caruana sellem ukoll lil President Emeritu Eddie Fenech Adami…u semma kif waqt l-ewwel meeting wara l-mewt ta’ Raymond Caruana, Eddie Fenech Adami kien enfasizza fuq il-kelma rikonċiljazzjoni….l-għaqda.


“Ejjew ningħaqdu bejnietna. Ejjew ninsew l-imgħoddi tagħna. Aħna m’aħniex la ta’ Ċikku u lanqas ta’ Peppi. Aħna għandna dik l-arma…l-arma li tgħaqqadna. Ejja nagħmlu kuraġġ. Ejja nimxu lkoll flimkien, id f’id, għax aħna biss nistgħu nagħtu fiduċja lill-poplu.”

Hekk temm jgħid Stefan Caruana.