“Il-PN għandu l-kapiċità li jħares ‘il quddiem, il-potenzjal li jwieġeb b’serjetà għall-isfidi u li jantiċipa dak li jista’ jseħħ”. Dan huwa dak li qal il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione, f’diskors li wassal fl-għeluq tal-Kunsill Ġenerali li kien qed jindirizza għall-ewwel darba bħala Viċi Kap, bid-diskors tiegħu jkun iddedikat lill-Eks Viċi Kap tal-PN, Robert Arrigo.
Il-Viċi Kap tal-PN ta ħarsa lejn kif ‘il fuq minn 50,000 persuna taw messaġġ li ma jifilħux lil pajjiżna ma jintarafx. Huwa qal li fl-istess messaġġ li għaddew, għażlu li ma jagħtux l-appoġġ tagħhom lil PN. Huwa qal li għandna dmir li l-PN jikkunsidra dan kollu, jagħmel l-eżerċizzju ta’ diskussjoni, iżda wkoll jimplimenta.
“Hawn karba dejjem tikber, Malta u Għawdex tagħna, anqas qed jintagħrfu, sens dejjem jikber li kollox jgħaddi” – Alex Perici Calascione
Alex Perici Calascione qal li qed naraw karba ta’ poplu għal ambjent sagħan, għall-ġustizzja. Huwa qal li ż-żgħażagħ Maltin qed juru biċ-ċar li mhux jaraw futur fil-pajjiż, u mhux biss huma qed jaqtgħu qalbhom mill-politika Maltija.
Il-Viċi Kap qal li t-trasparenza u s-serjetà għandha tkun ta’ tama li l-PN jilħaq u jwettaq politika ġusta u ta’ fejda.
//= $special ?>