Lokali

“Għadna niġbdu ħabel wieħed u naspiraw il-fiduċja sabiex b’hekk ikunu l-Gvern alternattiv” – Toni Bezzina

“Dan hu Gvern li falla bil kbir f’diversi oqsma. U għalhekk kull membru u attivista ta’ dan il-Partit għandu jiġbed ħabel wieħed sabiex flimkien naspiraw il-fiduċja. B’hekk il-poplu Malti jkun jista’ jerġa’ jibda jara lil dan il-Partit bħala Gvern alternattiv, għaliex pajjiżna hekk jixraqlu.”

Dan qalu id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Toni Bezzina waqt il-Kunsill Ġenerali tal-partit Nazzjonalista fejn insista li il-Partit Nazzjonalista bħala oppożizzjoni kien fuq quddiem nett dwar ir-riforma fil-Qbiela u r-raba’ – “għaliex rajna li din il-kwistjoni daqa’ mortali f’dan il-qasam u għalhekk għamilna konsultazzjoni wiesgħa ma’ diversi raħħala u bdiewa. Madankollu, l-Gvern baqa’ jwebbes rasu meta ma kkonsultax fuq diversi fatturi.”

Toni Bezzina tkellem ukoll dwar il-proposta tal-PN dwar il-light metro u t-trackless tram, iżda minflok ma l-gvern ta’ Robert Abela ħares il-bzonn li l-Poplu Malti jkollu sistema tat-transport tal-massa daħaq bina.

Id-deputat tal-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ sabiex kull membru tal-Partit ineħħi is-supervja tiegħu u jaħdem mhux għal ġis tiegħu iħda għal ġid tal-Partit. B’hekk biss il-Partit jista’ jkompli jissaħħaħ.