Il-membru parlamentari Nazzjonalista u Kelliema għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tat-Tfal Graziella Attard Previ tkellmet dwar it-tema ta’ dan il-Kunsill Ġenerali li hija ‘Politika ta’ Fiduċja u Tama’. “Meta naddattaw dawn iż-żewġ kunċetti fil-politika dawn jieħdu tifsira kollettiva u ta’ għaqda.”
“Tama hija l-ħolm li għandna bħala partit politiku biex inwasslu lil dan il-nazzjon fejn nemmnu li jixraqlu li jkun.”
Hija saħqet li l-ħolm huwa dak li jixpruna x-xogħol u jagħti l-enerġija biex inkomplu għaddejjin.
Il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista jibqa’ wieħed ta’ tama u ħolm li ngħixu f’pajjiż sigur u mhux miffni bil-kriminalita’, u li l-flus tal-poplu jintefqu b’mod għaqli.
Hija saħqet li l-familji tagħna għandu jkollhom il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja..li n-nisa u persuni sfruttati u abbużati jsibu s-sigurta’.
Graziella Attard Previ tenniet li l-fiduċja hija ċ-ċavetta ewlenija biex tagħtina l-kuraġġ u s-saħħa sabiex ngħelbu kull ostaklu li bħalissa għandna quddiemna.
//= $special ?>