Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista huwa l-Partit ta’ kulħadd” – Dione Borg

“Ejjew nirsistu sabiex dawk li jistgħu jagħtu kontribut jersqu lejn il-Partit Nazzjonalista. Dan huwa Partit ta’ kulhadd .. anka ta’ dawk li ma jaqblux magħna fkollox. Dan hu l-mument tal-Partit Nazzjonalista jissaħħaħ – Ejjew naħdmu flimkien sabiex nikkonservaw u insaħħu dan il-Partit”

dan hu dak li qal Dione Borg waqt il-Kunsill Ġenerali Tal-Pn, fejn saħaq li l-partit Nazzjonalista ħaseb qabel ma għazel dan il-ħsieb – Dan għaliex għal ewwel darba fil-pajjiz qed naraw kif għal ewwel darba, il-poplu tilef il-fiducja fil-politici. Dan wara li fl-aħħar elezzjoni, ammont sostanżjali tal-votanti ma eżerċitawx id-dritt tagħhom u ma ħarġux jivvotaw.

Dione Borg saħaq li l-obbligu tal-PN huwa li joffri muddell politiku ġdid … nifs gdid lil Malta. Il-Partit Naazzjonalista għażel li jwarrab mudell populist għal kuntlarju ta’ dak li qed jimbotta l-Gvern ta’ Robert Abela.

“Il-Partit Nazzjonalista qiegħed juża mudell ibbazat fuq il-fiducja li johloq it-tama. Pero mhux bizejjed li nitkellmu fuq il-fiducja fil-politika. Il-mutur ewlieni huwa il-Partit Nazzjonalosta – F’dan il-Kunsill iridu niffukaw fuq il-ħidma tal-PN . Trasparenza, governannza tajba. Partit Nazzjonalista imsaħħaħ, jagħti spazju politici fejn hemm bzonn – determinati li nimxu fuq il-politika tas-sewwa u nefasizzaw it-tishieh tal-PN ghaliex minghajr dan, ma jistax ikollna politika ta’ fiducja u tama’.