“X’fiduċja jista’ jkollok meta f’disa’ snin il-gvern Laburista faqa kull raħal bil-barranin u faga pajjiż bi żvilupp sfrenat u bla pjan? Meta dan il-gvern lanqas biss jaf kemm jiflaħ nies pajjiżna. Meta tara li r-raħal tiegħek m’għadux jingħaraf. U wara kull traġedja il-gvern Laburista jibqa’ ċċassat, jibqa’ jaħbi, jibqa’ jiggosta lill-istakeholders jinħarqu u jinfexxu f’xulxin sakemm ma jwaħħlux fih.” sostna dan il-membru parlamentari Nazzjonalista u Kelliem għall-Ippjanar, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Stanley Zammit.
Huwa saħaq li diversi kumpaniji u ħaddiema ifaħħru dak li qed jippreżenta l-Partit Nazzjonalista billi jgħaraf il-ħtiġijiet tas-settur tal-proprjeta’, u li l-proposti tal-Partit Nazzjonalista huma proposti ħolistiċi, bbilanċjati u kostruttivi. Stakeholders japprezzaw li l-politiċi tal-Partit Nazzjonalista m’huma fil-but ta’ ħadd, u li l-proposti prattiċi, li joffru ambjent aktar san.
Stanley Zammit qal li b’mod konsistenti l-Partit Nazzjonalista qed joħroġ bi proposti konkreti u fattibbli.
//= $special ?>
“Naqblu li rridu ngħollu l-istandars u ntejjbu l-kwalita’. Għandna responsabbilta’ kbira. Għandna l-materjal, ir-rieda u l-enerġija. Aħna onesti u kompetenti . Għandna widna biex nisimgħu, għandna moħħ u naħsbu u għandna qalb u ngħatu każ. Flimkien nistgħu niddisinjaw il-kwalita’ tal-ħajja tagħna. L-istandard li jixraq lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.”