“Il-Partit Nazzjonalista għandu jkollu id-determinazzjoni sabiex ikun ix-xhud assertiv tal-ġid komuni u l-ġustizzja socjali”
Hekk saħaq id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Albert Buttiegieg fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, fejn tkellem fuq il-kwalita’ ta’ ġajja aħjar li tixraq lil Maltin kollha.
“Il-kwalita’ tal-ħajja tiegħek u tiegħi huma importanti – Iżda inti u jien ninbidlu f’aħna.”
Albert Buttiġieġ tkellem ukoll fuq il-ġid komuni, wieħed mill-valuri li jtejjeb il-kwalita’ tal-bniedem. “Il-politika li jħaddan il-PN għandha tkun msejsa fuq il-politika tal-valuri – valur tal-ambjent. Ir-responsabbiltà tagħna hija li mhux biss ngħozzuh iżda nibżgħu għalih.”
Albert Buttiġieġ irrefera wkoll għal ktieb ta’ Hebert Ganado – ‘Rajt Malta tinbidel’, u qal li issa l-ambjent ta’ pajjiżna jinsab f’assedju – “Minn dawk il-ftit li qed jagevolaw lilhom infushom għal skapitu tal-ambjent u tagħna.”
“Min hu favur l-ambjent ma jistax ikun selettiv. Jekk jien favur tieħhu, irid inkun favur tiegħu dejjem.”
Albert Buttiġieġ tkellem ukoll fuq valur importanti ieħor – il-Ġustizzja socjali u l-Inklussjoni, fejn insista li ħadd m’għandu jibqa’ lura – “Għadna nħadnu kultura’ li tinkludi mhux teskludi. Ilkoll kemm aħna aħna bnedmin b’dinjita’. Il-ħajja hija sagra mhux biss f’guf il-mara imma dejjem.”
//= $special ?>