Il-Partit Nazzjonalista jħaddan miegħu il-valuri u l-prinċipji li permezz tagħhom qed iwassal politika dinjituża, li tħares il-ħajja tal-bniedem kemm mill-konċepiment, iżda wkoll tul ħajja kollha”.
Dan hu dak li qal is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino tul l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali.
“Il-PN jemmen li kull pazjent jixraqlu kura xierqa, u għalhekk qed niġġieldu biex nieħu lura l-isptarijiet li dan il-Gvern biegħ” – Michael Piccinino
Fid-diskors tiegħu Piccinino qal tkellem dwar kif il-PN dejjem investa fil-poplu Malti, fir-risorżi, fil-bniedem. Huwa qal li kien il-PN li emmen fil-Kunsill Lokali, fejn in-nies tal-lokal jaħdmu għall-ġid tal-lokal tagħhom.
“Il-politika tal-PN għandha obbligu li toffri spjegazzjoni, li tagħti soluzzjoni li għada ħajjet il-Maltin tista’ tkun aħjar” – Michael Piccinino
Is-Segretarju Ġenerali tal-PN qal li l-PN jemmen li jeħtieġ li jkollna Kummissarju tal-Istandards li jkollu l-fiduċja kemm tal-Gvern u kemm tal-Oppożizzjoni.
Michael Piccinino qal li għandna obbligu li tinbena fiduċja fil-PN, biex b’hekk tinbeda fiduċja fil-politika tal-poplu Malti u Għawdxi fil-PN.
//= $special ?>