Lokali

“Il-politika tal-Partit Nazzjonalista dejjem kienet favur l-anżjani” – Paula Mifsud Bonnici

“Il-politika tal-Partit Nazzjonalista dejjem kienet favur l-anżjani.” Dan kien il-messaġġ ewlieni tad-deputat tal-Partit Nazzjonalist Paula Mifsud Bonniċi, waqt li tkelmet fil-kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjopnalista.

Paula Mifsud Bonniċi tkelmet fuq l-għoli tal-ħajjau saħqet li Gvern Nazzjonalista dejjem ħadem favur in-nies

Il-PN BidDel il-wiċċ ta’ pajjiżna – Dejjem kien pijunier fis-servizzi li ta lill-anzjani tagħna… iżda fiż-żmien tal-Labour, fost oħrajn, Saint Vincent De Paul spiċċa ħabs. Kien il-PN li daħħal is-servizzi kollha fil-kommunita’ u fetaħ bosta djar tal-anzjani, għal kuntlajru tal-Labour li f’għaxar snin fetaħ biss dar tal-anzjani waħda.”

“Il-Partit Nazzjonalista dejjem kellu fiduċja u tama’ fl-anzjani tagħna – dejjem zammejna l-anzjani fiċ-ċentru tal-politika tagħna – Dejjem konna tarka għal anzjani tagħna.”

Id-deputat tal-PN tkelmet ukoll fuq il-valuri tad-dinjita’ u rispett. “Se nibqgħu dak il-Partit li nagħtu dinjita’ u rispett lil kulhadd – Għal kuntlajru li qalu tal-Labour, dan il-Partit mhux mhedded bit tgħajjir – Aħna nemmnu fil-politika tal-ġid komuni – Nibqgħu naħdmu flimkien u ma naqtu qalbna qatt – Aħna se nkunu l-partit li jerga jagħti it-tama u l-fiducja lin-nies għaliex fil-ħajja mhemmx kompromessi u bil-fiducja ma tilgħabx.”