Wara li sseħħ terremot fl-1999 fil-lokalitá ta’ Izmit fit-Turkija, fejn il-fatalitajiet qabzu 17,000, it-Turkija imponiet Earthquake Tax. Dan sabiex jippreparaw il-pajjiż għal xi terremot ieħor, u jekk jerġa iseħħ terremot ieħor ta’ dik il-qawwa ikollhom il-fondi preparati biex jikkumbatu d-diffikultajiet li jaffaċjaw. B’din it-taxxa nġabru madwar 88 biljun lira (ekwivalenti għal €4.3 biljun) matul l-għoxrin sena li ilhom li nponew din it-taxxa.
Skont il-BBC, mhemm l-ebda indikazzjoni minn naħa tal-gvern ta’ Erdogan dwar kif intużaw dawn il-fondi. Iċ-ċittadini wkoll qegħdin jesprimu r-rabja tagħhom dwar kif verament qegħdin jintużaw dawn il-fondi, speċjalment bl-ammont ta’ nies li baqaw mirduma taħt il-bini minħabba li t-tim tal-emerġenza ma kienux preparati mal-ewwel, u bil-fatt li l-bini ma kienx b’saħħtu biżżejjed biex jilqa kontra t-theżżiż.
Il-mexxej tal-Oppożizzjoni tat-Turkija Kilicdaroglu, tefa r-responsabilitá fuq Erdogan talli l-pajjiż ma kienx preparat għal terremot ta’ din il-qawwa.
Erdogan impona 3 xhur ta’ stat ta’ emerġenża fil-pajjiż, li jtemm ftit qabel ma jseħħu l-elezzjonijiet tat-Turkija fl-14 ta’ Mejju, fejn Erdogan ser ikun qiegħed jerġa jipprova jibqa fil-poter wara 20 sena.
Min dakinhar li seħħ it-terremot, mietu madwar 15,000 persuna fit-Turkija u fis-Sirja.
//= $special ?>