Ir-rappreżentant taż-żgħażagħ fl-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Jean Paul Barbara beda billi sellem lil missier Malta Ewropea, Eddie Fenech Adami..raġel li lliberaliżża s-suq, raġel li ġab ix-xandir ħieles, raġel li daħħalna fl-Unjoni Ewropea u minn pajjiż tat-tielet dinja ġab pajjiż ġawhra fil-Mediterran.
Fi kliem Jean Paul Barbara għandna:
“gvern li m’għamel xejn dwar iż-żgħażagħ li jixtiequ jitilqu minn pajjiżna. Iż-żgħażagħ qed ikomplu jitilfu t-tama u l-gvern qed jibqa’ ċass quddiem ir-realtijiet li nffaċċjaw ta’ kuljum fosthom it-traffiku u l-għoli tal-ħajja.”
Huwa sostna li Partit Nazzjonalista huwa kburi b’dak kollu li jagħmilna Maltin. Iżda żgur mhux kburi bir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, bil-qtil ta’ ġurnalista jew b’min daħal fil-politika biex isir sinjur.
Finalment, Jean Paul Barbara temm jgħid li l-politika tibqa’ l-aqwa għodda sabiex tgħin lin-nies. Għalhekk ħeġġeġ lil kull min jixtieq ambjent aħjar, sistema edukattiva tal-għola livell u reputazzjoni aħjar ta’ pajjiżna, biex jissieħeb mal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>