Futbol Sport

Mosta jkomplu jsaħħu t-tragward ewropa

(Ritratt: Joseph Galea)

MOSTA ……………………2

FLORIANA……………….0

Mosta: Akpan Ini, Roderick Briffa, Ememe Christ, Tenebe Precious (78’Eziefula Chibueze), Bonnici Duane, Failla Clayton, Diarra Boubakary, Akrong Jacob, Jake Vassallo, Brincat Zachary, Ekani Rodriguez.

Floriana: Kitanvov Georgi (87’Cutajar Reece), Magri Overend, El Hasni Oualid, Reid Kemar, Arias Jose, Garcia Matias (73’ Veselji Mattia), Melunovic Alen, Callegari Emiliano, Busuttil Jan, Osestad Sindre (73’ James Scicluna), Garzia Aleandro (77’Trillo Lorenzo).

Referee: Ishmael Barbara

Skorjaw: Akrong 45’, Glamour 84’

Mosta reġgħu sabu posthom fir-raba’ post tal-klassifika b’rebħa mill-aqwa u importanti ta’ 2-0 fuq Floriana.

Fl-54 minuta Mosta ingħataw penalty iżda mill-11-il metru Clayton Failla ra x-xutt tiegħu ikun milqugħ minn Kitanov

Mosta marru fil-vantaġġ fil-45 minuta meta minn azzjoni ta’ korner kien Jacob Akrong li mill-viċin għeleb lil Kitanov.

Il-Mostin għalqu l-partita fl-84 minuta meta b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa kien Eziefula Glamour għeleb lil goalkeeper ta’ Floriana għal skor finali ta’ 2-0.