Lokali

“Nibqgħu impenjati sabiex il-PN ikompli jaħdem għall-ġid ta’ pajjiżna” – Ċensu Galea

Fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll Censu Galea, fejn saħaq li f’dinja mgħaġġla li qed ngħixu fiha, saret iktar difficli li l-messaggi politici jaslu għand in-nies.

Huwa tkellem dwar id-dokument bit-tema: Fiduċja u tama, dokument li joffri bilanċ soċjali ġust – diffiċli jintlaħaq – l-aħħar elezzjoni urietna li ammont kbir tal-votanti ma ħarġux jivvutaw. Ma kienx jinteressahom x’qalu l-partiti politiċi.

Huwa qal li l-PN għandu dover li jifhem lil dawn in-nies li għażlu li ma jivvutawx. Minn l-elezzjoni ‘l hawn , in-numru tan-nies li waslu għal din il-konkluzzjoni żżid. bħala partit ma nistawx inħallu n-nies jitilfu l-aptit li jipparteċipaw fil-ħajja politika.