Raġel ta’ 56 sena minn Ħ’Attard qed jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’argument li seħħ f’parkeġġ fir-Rabat.
L-argument seħħ ilbierħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija.
Immedjatament fuq il-post waslu l-Pulizija flimkien ma’ tim mediku fejn hemmhekk sabu lill-vittma. Huwa ttieħed mill-ewwel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li l-kundizzjoni tiegħu hija waħda serja u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Mill-investigazzjonijiet li saru jidher li l-vittma kien involut f’argument fl-istess parkeġġ, bil-konsegwenza li huwa waqa’ u sofra xi ġrieħi.
Dwar dan il-każ, il-Pulizija qed tkellem persuna sabiex jgħinha fl-istħarriġ.
Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello qiegħda tmexxi inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>