Il-Kampjonat tax-Xitwa 2023 beda kif mistenni b’rebħiet faċli għat-tlieta l-kbar, Sliema San Ġiljan u Neptunes. Il-favoriti tat-titlu ta’ Grupp B San Ġiljan JP Projects ftit sabu diffikultà biex jiddisponu minn Barracudas b’20 gowl għal tlieta. Gabriel Bonavia u Russel Caruana skurjaw erba’ gowls kull wieħed. Kelvin Cutajar u Shailon Cutajar skorjaw tlieta, filwaqt li Darren Zammit u Jake Bonavia skorjaw doppjetta. Aden Formosa u Nathan Bonavia skurjaw gowl kull wieħed. Simon Apap bi tnejn u Dean Ciantar skorja għal Barracudas. Sessjonijiet: 7-1, 6-1, 3-1, 4-0
Fil-konfront minn Grupp A ċ-Champions Sliema Frank Salt mhux biss iddominaw il-logħba kontra Marsaxlokk Browns iżda rnexxielhom ma jsofrux gowl, okkażjoni rari fil-waterpolo. Il-goleada Slimiża bdiet mill-veteran Jerome Gabaretta li spiċċa billi skurja hat-trick. Imbagħad Elijah Schembri skorja doppjetta wara xulxin, fejn b’kollox skurja ħames gowls.
Il-gowls l-oħra ta’ Sliema waslu minn Liam Galea li erbgħa, Jacob Sciberras li skorja tlieta, Benji Cachia u John Brownrigg skorjaw doppjetta bil-gowls l-oħra jaslu minn Matthew Mifsud, Dino Zammit, Sam Engerer, Zach Mizzi u Daniel Rizzo. Sessjonijiet: 4-0, 8-0, 7-0, 5-0.
Minn Grupp A Neptunes Videoslots għelbu lil Exiles Wellbee’s (ritratt) 18-5 b’Alec Fenech jiskorja sitta. Jordan Camilleri erbgħa, Gabriel Pace tlieta, Sam Gialanze tnejn. Dean Bugeja, Mark Castillo u Max Zammit skorjaw wieħed kull wieħed. Il-gowls ta’ Exiles waslu minn Max Aquilina, David Aquilina, Kurt Griscti u Luke Gialanze bil-gowl finali jiġi skurjat mill-goalkeeper Matthew Castillo b’azzjoni (mhux minn penalty). Sessjonijiet: 5-0,3-2,3-2,7-1.
Faċli għall-Beltin
Intant fi Grupp B Valletta Izibet għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos 11-2 b’Kieyan Borg jiskorja ħames gowls. Il-gowl l-ieħor ġie skurjat minn Jayden Cassar u Daniel Paolella bi tnejn kull wieħed filwaqt li Julian Chircio u Stephen Micallef skurjaw gowl kull wieħed. Il-gowls ta’ Ta’Xbiex ġew skurjati minn Ryan Mock. Sessjonijiet: 2-1,5-0,0-0, 4-1.
Fi Grupp A M’Skala għelbu lil Otters Nivea 9-6. Otters għamlu rimonta notevoli fit-tielet sessjoni billi rebħuha 3-0 u bl-iskor 6-4 jasal fl-aħħar sessjoni, rimonta dehret fuq il-karti iżda t-tim ta’ Babay Arpad irnexxielu jirbaħ l-aħħar sessjoni 3-2 biex rebħu l-partita b’marġni ta’ tliet gowls.
Mark Carani, Jake Ciantar u Daniel Trulli għamluhom 3-0 għal M’Skala b’Karl Scicluna jnaqqas l-arretrati għal Otters u David Pace Lupi jerġa’ jagħti vantaġġ ta’ tliet goals għal M’Skala. Kyle Navarro u Mark Carani reġgħu skorjaw għat-tim rebbieħ fit-tieni sessjoni filwaqt li Mark Meli, Andrea Bianchi u Kenenth Micallef taw xi tama lil Otters fit-tielet sessjoni. Minkejja d-dar ta’ Mark Meli fl-aħħar sessjoni doppjetta ta’ Mark Carani u gowls ta’ Gerald Sammut u David Pace Lupi rebħu l-logħba għal M’Skala. Sessjonijiet: 4-1, 2-0, 0-3, 3-2
Logħba mill-isbaħ
F’partita eċitanti minn Grupp B. Sirens għelbu lil B’Buġa Freeport 12-10. It-tim ta’ Marco Orlovic tahom tliet goals vantaġġ kmieni grazzi għal żewġ gowls ta’ Gianni Farrugia u Matthias Azzopardi tahom vantaġġ tajjeb. David Cutajar naqqas l-arretrati iżda reġa’ skorja Gianni Farrugia u Matthias Oroleva temm is-sessjoni 4-2.
L-istess plejer skurja doppjetta biex indaqs il-partita 4-4 fit-tieni sessjoni u l-logħba kienet calle mill-qrib li waslet fuq 8-8 fit-tielet sessjoni. Iżda malajr Ken Erdogan għamel l-iskor 9-8 u Matthias Azzopardi għamel l-iskor 10-8. Kienet battalja ding dong sal-aħħar b’gowl wieħed biss fiha u bl-iskor 11-10 fl-aħħar reġa’ kien Gianni Farrugia, l-aqwa plejer fil-grawnd li ssiġilla l-kwistjoni billi skurja l-gowl numru ħamsa għat-tim tiegħu u personali tiegħu. il-ħames. Sessjonijiet: 4-2, 3-4, 3-3, 2-1.
Il-partiti li jmiss
Group A
Group B
Il-Ġimgħa, 17 ta’ Frar | Birżebbuġa Freeport vs Barracudas | 7.05pm | ||
Il-Ġimgħa, 17 ta’ Frar | Valletta Izibet vs Sirens ASC | 8.10pm | ||
Is-Sibt 18 ta’ Frar | San Ġiljan JP Projects vs Ta’Xbiex Amigos | 3.00pm |