F’diskors ta’ kważi siegħa… il-Prim Ministru Robert Abela l-Ħadd filghodu fl-ebda ħin ma għamel referenza għall-fatt li nhar il-festa ta’ San Pawl kwazi Malta kollha spiċċat bla dawl.
Dan hekk kif minkejja l-ħafna wegħdi li kien għamel Gvern Laburista… li bil-Power Station tal-Electrogas kien se jsolvi l-problemi fl-enerġija, il-poplu spiċċa b’Power Station li taħdem biss fil-bnazzi. B’Robert Abela, bis-silenzju tiegħu.. ma ta ebda assigurazzjoni biex din il-problema ma terġax isseħħ.
Fl-istess intervista Abela ma għamel ebda referenza għall-problema tal-mediċini out of stock li ta’ kuljum għadha qed taffettwa lil bosta familji kif ukoll għall-problema ta’ nuqqas ta’ sigura li teżisti fit-toroq ta’ pajjiżna.
Matul id-diskors tiegħu Robert Abela għamel referenza għall-proġett tal-Imsida Creek… proġett li ilu jissemma mis-sena 2019.
Iżda ma semmiex data ta’ meta se jitlesta dan il-proġett li tant huwa meħtieġ… anke fid-dawl tax-xita qawwija li laqtet lil pajjiżna f’dawn l-aħħar jiem. B’Robert Abela jagħmel referenza għal proġett li suppost għandu jsir f’dan ir-rigward izda ma jispecifikax x’soluzzjonijiet għandu sabiex tittaffa din il-problema.
U għal ġimgħa oħra Robert Abela spiċċa jsemmi l-fatti, iżda reġa’ nesa jsemmi s-soluzzjonijiet li l-Gvern Laburista suppost li għandu għas-sitwazzjonijiet u l-problemi li jinsabu għaddejjin minnhom il-Malin u l-Għawdxin.