“Rajna kif is-sistema falliet fl-energija – Rajna it-tanker tal-commissions jinqala minn posu, kellna nitfu nofs il-power station u kellna nserrħu biss fuq l-interconnecter. Kieku ma ħadmix l-interconncter, kieku Malta għamlet 3 tijiem bla dawl. Sistema li tant ftaħħru biha, urietna kif taħdem fil-bnazzi biss.”
Hekk saħaq id-deputat tal-Parit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut waqt il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, bit-tema Politika ta’ Fiduċja u Tama.
Il-President tal-Kunsill Ġenerli Mark Anthony Sammut qal li din it-tema ġiet magħżula apposta peress li pajjiżna qed jgħix fi żmien partikolari ħafna, fejn il-metodu ta’ politika li qed jimbota l-Gvern tal Labour, huwa metodu qarrieq.
Mary Anthony Sammut tkellem fuq kif is-sistema ta’ politika li qed jimbotta il-Gvern ta’ Robert Abela falla pajjiz. Dan għaliex fost oħrajn, fl-istuttuzzjonijiet ta’ pajjiżna qed jinħatru nies li joqodulhom mhux nies kompetenti u għalhekk – issa is-sistema’ qed tfalina f’kull livell.
“Is-sistema falliet lil Bernice Cassar – Mara u omm li talbet għal protezzjoni iżda l-karba ma nstemgħetx. Smajna iżda it-tiri tal-pistola li ħadulha ħajjitha.”
“Is-sitema falliet ukoll lil Daphne Caruana Galizia li għax kixxfet u investigat il-verità inqatlet u l-istutuzzjonijiet ta’ pajjiżna ma ħadux il-passi meħtieġa sabiex isir ġustizzja.”
“Is-sistema falliet tifla ta’ 4 snin li ħallejniha tmut bil-għatx fuq ħoġor omma. Min għajjat bil-għatx fi żmienha, qas ħall ma sqewħ imma ħallewh imut bil-għatx bl ħniena.”
“Fil-każ ta’ Jean Paul Sofia, il-Prim Ministru irrifjuta li ssir inkjesta Pubblika ma jmurx nirfsu xi kallu. Is-sistema falliet ukoll lil Pelin Kaya – li kull ma għamlet imxiet fit-triq u spiċċat biex ittajret u inqatlet kiesaħ u biered, minn ġuvni li kien taħt l-effett tad-droga.”
“Anka l-Prim ministru ammetta li ma javdax it-tifla tiegħu bara fil-Belt… U għalhekk dawn it-traġedji kollha li smajna bihom u li xxokjaw pajjiż .. kollha juru l-inkompetenza tal-Ministru tal-intern Byron Camilleri u tal-Gvern ta’ Robert Abela.
Quddiem dan kollu, il-President tal-Kunsill Ġenerli Mark Anthony Sammut insista li issa aktar minn qatt qabel, huwa importanti li terġa tinbenda l fiduċja fil-potlitika Maltija. “Ejjew naħdmu flimkien għal sistema li tipproteġi lil kulħadd għaliex kulħadd jistħoqqlu kwalita ta’ ħajja aħjar.”
//= $special ?>